Design Spacer
Kamra tad-Deputati Malta
Search
  Design Spacer Go
Design Spacer
Design Spacer
Homepage Contact Us News
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Parliamentary Records
Design Spacer
Design Spacer
Arrow
Seperator
Arrow
Seperator
Arrow
Seperator
Arrow
Design Spacer
Arrow
Seperator
Arrow
Seperator
Arrow
Seperator
Arrow
Subscribe to Mailing List
Design Spacer
 
Home : Information : Parliamentary Questions to Mr Speaker
 
Parliamentary Questions to Mr Speaker
Design Spacer

MISTOQSIJIET PARLAMENTARI MAGĦMULA LIL MR SPEAKER

 

SENTENZI  KOSTITUZZJONALI

L-ONOR OWEN BONNICI isaqsi lil Mr Speaker: Jista' Mr Speaker jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm kienu l-ammonti ta' komunikazzjonijiet li s-Sedja irċeviet mingħand Imħallef fejn ġie relevat li xi liġi tivvjola xi dritt fundamentali tal-bniedem u kwindi ġiet dikjarata "null and void" ai termini tal-prinċipju tas-supremazija tal-Kostituzzjoni? X'kien l-isem tas-sentenzi rispettivi u liema artiklu/i f'kull każ intqal li hu anti-kostituzzjonali? Meta ġew riċevuti dawn il-komunikazzjonijiet u kemm għadda żmien f'kull każ sakemm inbidlet il-liġi relattiva? Għad hemm xi liġijiet pendenti li ġew dikjarati "null and void" imma għadhom ma ġewx emendati?

SPEAKER: Is-Sedja qed tpoġġi ħafna mill-informazzjoni mitluba għall-perjodu indikat mill-Onor. Memrbru fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux kompetenza  tas-Sedja tindika liema liġijiet jew disposizzjonijiet tagħhom l-imsemmija deċiżjonijiet tal-Qrati li għaddew f'ġudikat iddikjaraw li huma ultra vires jew li jmorru kontra xi disposizzjoni tal-Kostituzzjoni ta' Malta jew xi dritt tal-bniedem jew libertà fondamentali elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab mal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Kif jaf l-Onor. Membru skond l-Artikolu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili l-iSpeaker hu tenut biss li jpoġġi kopja ta' tali sentenzi tal-Qrati fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta tal-Kamra wara li jkun irċevihom. Imbagħad sta għall-Eżekuttiv li f'każijiet bħal dawn jieħu dawk il-passi li jista' jidhirlu meħtieġa biex ineħħi kull inkonsistenza mal-Kostituzzjoni ta' Malta jew mad-drittijiet tal-bniedem jew libertajiet fondamentali kif imħarsa bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Għaldaqstant is-Sedja mhix f'pożizzjoni tagħti t-tagħrif kollu mitlub f'l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija. 

26/1/10

Sentenzi Kostituzzjonali li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minn Mr Speaker

2000:

Seduta Nru. 436 - It-Tnejn, 27 ta' Novembru 2000

P.L. 2939                         Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Puluzija vs Owen Mallia" datata 21 ta' Novembru 2000.

2001:

Seduta Nru. 475 - It-Tlieta, 23 ta' Jannar 2001

P.L. 3207                         Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Appell mogħtija fis-17 ta' Jannar 2001, "Giovanni Psaila pro et noe vs l-Avukat Ġenerali", skont l-artiklu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Seduta Nru. 502 - L-Erbgħa, 21 ta' Frar 2001

P.L. 3342                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Puluzija vs Godfrey Ellul", datata 13 ta' Frar 2001.

Seduta Nru. 637 - It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2001

P.L. 4264                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-2 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Victoria Cassar vs l-Awtorità Marittima ta' Malta, Port Workers Board, il-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali u l-Ministru responsabbli mill-portijiet.

P.L. 4265                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-2 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Odette Federoff, armla ta' James Federoff vs is-Segretarji Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tal-Intern, l-Avukat Ġenerali u d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.

Seduta Nru. 662 - Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2001

P.L. 4440                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-30 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Anthony Frendo vs l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru  u Kummissarju tal-Value Added Tax".

2002:

Seduta Nru. 684 - L-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2002

P.L. 4602                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-4 ta' Jannar 2002 bl-ismijiet "Godfrey Ellul vs l-Avukat Ġenerali", skont l-artiklu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

2003:

Seduta Nru. 2 - Tnejn, 26 ta' Mejju 2003

P.L. 5                           Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 fl-ismijiet "Dr Patrick Spiteri vs L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija"

P.L. 6                           Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 fl-ismijiet "Emanuela Vella f'isimha proprju u għan-nom ta' ħutha msefrin Francis, Eugenio u Paul aħwa Borg u żewġha Benigno Vella vs Kummissarju ta' l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali"

2004:

Seduta Nru. 116 - It-Tnejn, 19 ta' April 2004

P.L. 1270                     Kopja tas-sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili datata l-1 ta' April 2004, bejn S&D Yachts Company Limited vs Motor Yacht Pegasus bil-bandiera Ġermaniża (Rikors Nru 1073/02FS).

Seduta Nru. 182 - It-Tnejn, 8 ta' Novembru 2004

P.L. 2151                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-3 ta'    Novembru 2004 fl-ismijiet "Joseph Gauci et vs Segretarju Permanenti         fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru et".

P.L. 2152                     Kopja tas-sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti (Sede Kostituzzjonali)        mogħtija fit-8 ta' Frar 2001 fl-ismijiet "Joseph Gauci et vs Segretarju            Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru et". 

2005:

Seduta Nru. 229 - It-Tnejn, 31 ta' Jannar 2005

P.L. 2730                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-28 ta' Jannar 2005 Vincent Cilia vs Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, Kummissarju         tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u d-Direttur tad-Dwana u tas-Sisa.

Seduta Nru. 252 - It-Tnejn, 11 ta' April 2005

P.L. 2941                    Kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-1 ta' April, 2005, fl-ismijiet "The Republic of Malta vs Gregory Robert Eyre and Susan Jayne Molyneaux".

Seduta Nru. 290 - It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2005

P.L. 3471                     Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili datata 23 ta'           Ġunju 2005 bejn Emanuel Camilleri u martu Mary Camilleri vs       Kummissarju ta' l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali (Rikors Nru 5/05TM).

Seduta Nru. 295 - It-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005

P.L. 3551                     Kopja ta' sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Pulizija vs Grezzju sive Horace Cassar" datata 3 ta' Awissu 2005.

2006:

Seduta Nru. 346 - It-Tnejn, 30 ta' Jannar 2006

P.L. 4444                     Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili (Sede          Kostituzzjonali) datata 25 ta' Jannar, 2006 bejn Anne Miller vs l-       Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Intern, id-Direttur             taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-         Uffiċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni (Rikors Nru 19/02FS).

Seduta Nru. 376 - It-Tnejn, 24 ta' April 2006

P.L. 4825                     Kopja ta' sentenza mill-Qorti Kriminali - Pig Breeding Company Ltd vs l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarji tat-Taxxi Interni - datata 6 ta' April 2006.

Seduta Nru. 421 - L-Erbgħa, 19 ta' Lulju 2006

P.L. 5296                     Kopja ta' sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali datata 18 ta' Lulju, 2006 bejn Anne Miller vs l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru, il-Ministru     tal-Intern, id-Direttur taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, il-            Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni (Rikors Nru 19/02CFS).

Seduta Nru. 441 - It-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2006

P.L. 5569                     Kopja ta' żewġ sentenzi mill-Qorti Kostituzzjonali datati 3 ta'   Ottubru, 2000 u 16 ta' Ottubru 2006 bejn Mario Galea Testaferrata,     Nicholas Jensen, Helen armla ta' Malcolm Miles, Agnes mart l-ispiżjar Alfred Gera de Petri u l-istess spiżjar Alfred Gera de Petri li jidher         għan-nom u in rappreżentanza ta' Irene mart John Bach, Anna Marie   mart John Spiteri Debono li tidher kemm f'isimha proprju kif ukoll            għan-nom tal-imsiefra Karen mart it-tabib Joseph Preziosi vs il-Prim      Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja, George u Maria konjugi Theuma u           Gianni u Lelina konjugi Grech (Ċitazzjoni Nru 348/91/RCP u Rikors        348/91RCP).

2007:

Seduta Nru. 493 - It-Tnejn, 12 ta' Frar 2007

P.L. 6259                     Kopja ta' sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali datata 9 ta' Frar 2007 bejn il-Pulizija u Joseph Lebrun (Rikors Numru 16/06TM).

Seduta Nru. 554 - It-Tnejn, 24 ta' Settembru 2007

P.L. 7136                     Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili mogħtija fis-26 ta'    Ġunju 2007 bejn Francis Tirchett f'ismu proprju u għan-nom u in             rappreżentanza tal-Malta Society of the Blind, Kevin Cutajar f'ismu   proprju u għan-nom u in rappreżentanza tal-Gozo Aid for the Visually     tat-Torball for the Blind vs Kummissarju Elettorali Prinċipali in      rapprżentanza tal-Kummissjoni Elettorali u l-Avukat Ġenerali għal     kwalsiasi interess li jista' jkollu (Rikors Nru 167/06FS).

2008:

Seduta Nru. 2 - It-Tnejn, 12 ta' Mejju 2008

P.L. 5                           Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fid-29 ta' Frar     2008 bl-ismijiet "Anthony Grech vs Claire Calleja" u b'digriet mogħti        fl-20 ta' April 2007, ġiet ordnata l-kjamata in kawża ta' l-Avukat             Ġenerali tar-Repubblika.

Seduta Nru. 44 - It-Tnejn, 20 ta' Ottubru 2008

P.L. 731                       Kopja ta' sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali datata 15 ta'       Ottubru 2008 bejn Vincent Borg u l-Onorevoli Prim Ministru et       (Rikors Numru 518/95 VDG).

2009:

Seduta Nru. 98 - L-Erbgħa, 1 ta' April 2009

P.L. 1922                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2009 bl-ismijiet "Anne Miller pro et noe vs l-Avukat Ġenerali et" (Rikors Numru 19/2002 CFS)

Seduta Nru. 100 - It-Tnejn, 20 ta' April 2009

P.L. 2011                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-3 ta' April 2009 bl-ismijiet "Ruth Debono Sultana u Silvio Debono vs Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali u Ministru għall-Politika Soċjali" (Rikors Nru 28/2008GCD).

Seduta Nru. 141 - It-Tnejn, 28 ta' Settembru 2009

P.L. 2676                     Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-10 ta' Lulju 2009 bl-ismijiet Dr Rene' Frendo et vs Il-Kummissarju tal-Art et (Rikors Nru 17/02GC).

P.L. 2677                    Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-10 ta' Lulju 2009 bl-ismijiet Dr Rene' Frendo et vs Il-Kummissarju tal-Art et (Rikors Nru 18/02GC)

Seduta Nru. 176 - L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2009

P.L. 3500                     Kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-7 ta' Diċembru 2009 bl-ismijiet "Josephine mart Carmel Bugeja et vs l-Avukat Ġenerali et" (Rikors Nru 1/2002TM).

 

MONUMENT TAS-SETTE GIUGNO 

ONOR OWEN BONNICI isaqsi lil Mr Speaker: Stante li l-iSpeaker ta' kull sena fis-Sette Giugno, u stante li l-caduti tas-Sette Giugno għandhom rabta intrinsika mat-twaqqif tal-ewwel Parlament fl-1921, u stante li l-Membri Parlamentari jiltaqgħu fil-Palazz tal-President, jistax l-istess Mr Speaker jinforma lill-Parlament x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-ippożizzjonar tal-monument tal-caduti tas-Sette Giugno fil-pjazza ta' quddiem il-Palazz li fih jiltaqgħu r-rappreżentanti eletti mill-poplu?

SPEAKER: Is-Sedja tirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija tal-Onor Roderick Galdes fis-Seduta 185 tas-26 ta' Jannar 2010.

27.1.10

 

KAŻI TA' ABBUŻ MILL-PRIVILEĠĠ PARLAMENTARI

L-ONOR CENSU GALEA isaqsi lil Mr Speaker: Billi fuq il-Malta Independent tat-13 ta' Jannar 2010, l-Onor Owen Bonnici ġie kkwotat li qal li dan l-aħħar kien hemm xi każi ta' abbuż mill-privileġġ parlamentari li ġew settled bejn dawk li kienu involuti,  jista' Mr Speaker jagħti tagħrif dwar x'kienu dawn il-każi, u min kienu d-deputati involuti, kemm dawk li qajmu l-każ kif ukoll li wettqu l-allegat abbuż?

SPEAKER: Tul din il-Leġislatura l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi kkonsidra każ wieħed biss ta' ksur ta' privileġġ li ġie riferut lilu mis-Sedja. Fil-kors tal-konsiderazzjoni quddiem il-Kumitat, dan il-każ ġie solvut b'dikjarazzjoni miftiehma bejn il-partijiet involuti li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Membri involuti kienu l-Onor Alfred Sant u l-Onor Austin Gatt.

26.1.10

 

MONUMENT TAS-SETTE GIUGNO

ONOR RODERICK GALDES isaqsi lil Mr Speaker: Jista' Mr Speaker jgħid jekk huwa jew l-uffiċċju tiegħu kienx konsultat dwar it-tneħħija tal-Monument Nazzjonali tas-Sette Giugno?

SPEAKER: Filwaqt li mhix il-funzjoni ta' Mr Speaker jew l-uffiċċju tiegħu li jiġu konsultati minn xi awtorità oħra dwar tqegħid jew tneħħija ta' monumenti pubbliċi f'postijiet li ma jaqgħux fil-limiti tal-Kamra tad-Deputati, is-Sedja ġiet informata li l-Monument tas-Sette Giugno kien ser jiġi trasferit bħala parti mix-xogħlijiet fuq Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz. Ninsab informat li r-rilokazzjoni tiegħu qed tiġi kkonsidrata fil-kuntest tal-proġett tal-Gvern għar-riġenerazzjoni ta' Bieb il-Belt Valletta u l-bini ta' parlament ġdid.

26.1.10

 

Design Spacer
Line
Gov.mt Logo © 2007 Government of MaltaSeperatorPrivacy PolicySeperatorDisclaimerSeperatorCopyrightSeperatorAccessibility StatementSeperatorSitemap
Developed by Alert Communications